Kummisjoni Nar
Messagg mill-Kaxxier tal Kummissjoni
Wara hafna snin, inhasset il-htiega biex inzejnu rokna li kienet ilha vojta ghal hafna snin. Ghaldaqstant il-Kumitat Centrali waqqaf din il-Kummissjoni fl-2001 bil-ghan li tiehu hsieb dak kollu li ghandu x'jaqsam manloghob tan-nar fi zminijiet tal-Festa. Ghalkemm m'ahniex xi festa tan-nar, il-problemi taghna minhabba li l-Festa taghna tigi fi Frar min dejjem kienu l-elementi tax-xita biss il-maltemp ghalina hu meqjus bhala kultura Pawlina u ghalekk dejjem konna preparati ghal kull ma jista jinqala. Ma jistax joinqos x'festa naghmlu meta jkollna l-bnazzi. Dan il-messagg irrid inwasslu lill-Pawlini kollha madwar id-dinja w li ghandhom ghal qalbhom il-Festa ta' San Pawl - Patrun ta' Malta specjalment lill-dawk Beltin.
Ghalekk bhal dawn l-ahhar snin, se nerghhu naghtu wirja spettakulari ta' loghob tan-nar ta' l-art u ta' l-ajru propju lejliet il-festa ezattament wara marc brijjuz mis-Socjeta Filarmonika Nazzjonali La Vallette li jispicca hdejn il-monument tal-qanpiena. Minbarra dan kollu, il-kummissjoni tiehu hsieb ukoll li nhar il-Festa tahraq il-Kaxxa tal-hrug u d-dhul tal-vara u diversi blalen u sfejjer waqt li l-istatwa maestuza ta' San Pawl tkun niezla lejn il-Knisja. Ovjament biex taghmel dan, l-ispejjez huma enormi u ghaldaqstant il-Kummissjoni iddur fuq kull membru u kull dilettant biex jikontribwixxi mill-ahjar li jista biex dan kollu jkun success kif dejjem kien.
Finalment nixtieq nghid grazzi lill-kull min ta' sehmu matul dawn is-snin u f'ismi u f'isem shabi tal-Kummissjoni nawguralkom sahha u awguri ghall-Festa li jmiss li se tigi ccelebrata nhar l-10 ta' Frar 2012.
Il-Kummissjoni Nar 2011 - 2012 hija komposta min dawn il-membri:
| Ivan Briffa Farrugia | Salvatore Rocco |
| Neil Micallef | Antoine Farrugia |
| Vince Magro | Keith Farrugia |
| Jeremy Dalli | Ivan Camenzuli |
